Aġġornata: Raġel gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Bypass tal-Marsa-Ħamrun

Raġel weġġa' gravi meta ntlaqat minn karozza fil-Bypass ta' bejn il-Marsa u l-Ħamrun.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 pm.
Ir-raġel ta' 30 sena residenti l-Birgu ttieħed l-isptar b'ambulanza.
Il-karozza kienet misjuqa minn żagħżugħ ta' 25 sena mill-Fgura.
Ritratti: Walter Sargent