Mara weġġgħet wara li ntlaqtet minn dinghy f’Kemmuna, illum wara nofsinhar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12.30pm meta t-turista Franċiża allegatament kienet qed togħdos ‘il barra miż-żona tal-għawm fil-bajja ta’ Crystal Lagoon.
Hija ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, wara li ngħatat l-ewwel għajnuna mill-għassiesa ta’ salvataġġ tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC).