Persuna tinstab tikser il-kwarantina obbligatorja

Read in English.

L-awtoritajiet sabu persuna li kienet qed tikser il-kwarantina obbligatorja.

F’aġġornament dwar il-coronavirus, il-Gvern qal li 11-il persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed meta nstabu fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni. Saru wkoll 408 spezzjonijiet fl-aħħar 24 siegħa għall-kwarantina obbligatorja.

Il-Gvern fakkar ukoll li m’hemmx lok għal deskriminazzjoni kontra klieb gwida f’postijiet pubbliċi. Il-Gvern qal li m’hemmx provi xjentifiċi li l-klieb iġorru l-COVID-19.

“Il-klieb gwida huma tarka għal persuni neqsin mid-dawl għax inaqqsu l-bżonn ta’ kuntatt
fiżiku ma’ persuni oħra,” qal il-Gvern.