Persuna tinqatel fi protesti fl-Iraq

Iraqi demonstrators warm themselves during ongoing anti-government protests, at the Sinak bridge in Baghdad, Iraq January 18, 2020. REUTERS/Khalid al-Mousily

Read in English.

Forzi tas-sigurtà fl-Iraq qatlu persuna waħda u weġġgħu 25 oħra wara li użaw gass tad-dmugh biex iwarrbu folla nies li kienet qed tinġabar ħdejn il-pont Sinak f’Baghdad.

Skont ir-Reuters, il-pont huwa qrib il-pjazza ċentrali tal-kapitali fejn hemm eluf ta’ nies li ilhom ikkampjati hemm għal diversi xhur. Kien hemm xi ġlied dan l-aħħar li wassal lill-awtoritajiet biex jimponu ristrezzjonijiet fuq l-aċċess tal-pont. Wieħed mid-dimostranti miet wara li kontenitur tal-gass ġie sparat dirett f’għonqu.

Protesti kbar ilhom għaddejjin fl-Iraq minn Ottubru. Id-dimostranti, li ħafna minnhom huma żgħażagħ, qed jitolbu għal bidla fis-sistema politika li jqisu bħala waħda korrotta. Aktar minn 450 persuna nqatlu.