Persuna tinqatel f’attakk fil-Ġermanja

Persuna nqatlet u diversi ndarbu f’attakk f’supermarket f’Hamburg, fil-Ġermanja.
Fuq Twitter il-Pulizija ta’ Hamburg kitbu li ġie arrestat suspettat wieħed iżda għalissa għadu kmieni biex ikunu jafu x’wassal għall-attakk. Hija qalet li fl-attakk kien hemm aggressur wieħed.
Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw li persuni li kienu fis-supermarket qalgħu daqqiet ta’ sikkina.
Min-naħa tagħha l-Pulizija wissiet lill-pubbliku biex ma jevita din iż-żona.