Persuna tinqabad b’€5,400 żejda fl-ajruport

Customs

L-Uffiċjali tad-Dwana waqqfu persuna fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li kienet qed iġġorr €5,400 iktar milli hu permess mil-liġi.

Waqt tfittxijiet ta’ rutina, il-persuna nqabdet se tħalli Malta bi €15,400. Fi stqarrija d-Dwana qalet li l-passiġġier aċċetta li jħallas €5,400.

Mill-1 ta’ Jannar s’issa, id-Dwana qabdet €891,936 fi flus kontanti mhux iddikkjarati, fi 38 każ separat.

Aqra iktar:
Konfiskati €21,000 fi flus mhux iddikjarati f’żewġ qabdiet separati