Filmat: Gravi wara li waqa’ 2 sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġwann

Raġel weġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġwann wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari

L-inċident seħħ s’sit fi Triq Bella Vista għall-ħabta tal-11.15am. Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ambulanza.

Ir-raġel mill-Gambja ttieħed b’urġenza lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li kien qed ibati minn feriti gravi.