Raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza wara li waqa’ ġo sit ta’ kostruzzjoni fejn kien qed jaħdem f’San Ġiljan.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li dan ġara fi Triq Wilġa fis-1pm.
Huwa Maċedonjan ta’ 33 sena li joqgħod San Ġiljan stess. Waqa’ waqt li kien fuq xogħol ġo dan is-sit.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.