Persuna tikser il-kwarantina; 34 jinqabdu fi gruppi ta’ aktar minn 4

Miguela Xuereb

Read in English.

Persuna nqabdet tikser il-kwarantina obbligatorja minħabba l-coronavirus, filwaqt li 34 persuna ġew immultati talli kienu fi gruppi ta’ aktar minn erba’ persuni, wara jumejn infila li fihom ma nqabad ħadd jikser din il-liġi.

Dan tħabbar mill-Gvern fil-bulettin li joħroġ ta’ kuljum bl-aħħar aġġornamenti fuq il-coronavirus.

L-34 persuna maqbudin fi gruppi kollha ngħataw multa ta’ €100.

Il-persuna li nqabdet tikser il-kwarantina kienet l-unika waħda li nqabdet mill-432 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Illum Malta rat numru kbir ta’ każijiet ġodda tal-coronavirus, peress li tħabbru 14-il każ ġdid, li seba’ minnhom ġew mill-komunità u ma kellhomx x’jaqsmu ma’ każijiet oħrajn li diġà kienu nstabu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn