Persuna tfiq u jiżdied każ ieħor

swabbing center

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstab każ wieħed iżolat ta’ coronavirus fl-aħħar 24 siegħa. Huma qalu li dan il-każ ma kellux x’jaqsam mal-ebda każ ieħor. Fl-istess ġurnata fieq persuna oħra li kien irrizulta pożittiv fil-pranet ta’ qabel. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi baqa’ 36 każ.

Fl-aġġornament li qed jiġi ppubblikat kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa, il-Gvern qal li mill-contact tracing li sar ilbieraħ tal-każijiiet pożittivi ma ħareġ l-ebda każ pożittiv.

Il-Ġimgħa saru 1,024 Swab Test biex b’hekk it-total ta’ testijiet issa qabeż it-80,000.

Ilbieraħ, fost il-ħames każijiet pożittivi, mara ta’ 98 sena rriżultat pożittiv għall-coronavirus waqt li kienet qed tirrisjedi fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla.