Anzjan gravi, wara li jaqa’ 2 sulari għoli bil-karozza fis-Siġġiewi

Aġġornat 07:11 AM
Pulizija
Miguela Xuereb

Anzjan ta’ 73 sena waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari bil-karozza tiegħu fil-limiti tal-Girgenti fis-Siġġiewi.

Kelliem għall-pulizija qal li l-inċidenti seħħ għall-ħabta tal-5.30pm meta l-vittma tilef il-kontroll tal-vettura Smart li kien qed isuq u waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari u spiċċa f’siġar li kien hemm f’għalqa.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post sabiex jassistu lill-vittma filwaqt li
ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar.

Hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.