Aġġornata: Bi ġrieħi gravi r-raġel li waqa’ mill-irdum ta’ Wied il-Mielaħ

Ir-raġel li aktar kmieni llum waqa' f;toqba li tagħti għall-irdum ta' Wied il-Mielaħ, fil-Għarb, għandu ġrieħi gravi.
Dan ikkonfermah kelliem għall-Pulizija ma' Newsbook.com.mt.
Sorsi fuq il-post qalu lil Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tas-1pm.
Jidher li r-raġel waqa' f'toqba fl-irdum li kienet tagħti għat-tieqa ta' Wied il-Mielaħ, u għalkemm kien hemm passaġġ sigur biex jinżel, aktarx dal-passaġġ sofra xi ħsarat fil-passat u qatt ma tranġa, bil-konsegwenza li ċeda.
Il-Pulizija kkonfermat l-inċident, u qalet li membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tal-Forzi Armati ta’ Malta marru biex itellgħu lill-persuna.
Iż-żagħżugħ ta' 24 sena mill-Kalkara ttieħed l-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Ritratt: John Michael Mizzi