Aġġornata: Logħba tiswa ġrieħi gravi lil wieħed, ħfief lill-ieħor

Raġel ta' 31 sena residenti s-Swieqi weġġa' gravi wara, filwaqt li ieħor ta' 28 sena mis-Swieqi wkoll weġġa' ħafif wara li lbieraħ qabżu għoli ta' madwar tliet sulari minn fuq l-irdum u ġew fuq il-blat.
L-inċident seħħ qrib lukanda fil-Bajja tal-Ġnejna l-Imġarr għall-ħabta tas-5.45pm, xħin l-irġiel qabżu b' zorb ball minn fuq l-irdum.
Minħabba li l-post fejn waqgħu ma kienx aċċessibbli, kien hemm bżonn jintervjenu l-Forzi Armati ta' Malta b'ħelikopter.
Fuq il-post issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tas-Salib l-Aħmar sabiex jassistu lill-irġiel.