Patri anzjan jitlef ħajtu waqt għawma f’Exiles

Aġġornat 12:06 PM

Read in English.

Patri anzjan ta’ 75 sena tilef ħajtu hu u jgħum fil-bajja Exiles f’Tas-Sliema.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tat-8am.

Meta l-pulizija marru fuq il-post, sabu lill-patri bla ħajja fuq il-blat. L-investigazzjonijiet tal-pulizija wrew li huwa x’aktarx sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum. Huwa ttella’ mill-baħar minn xi persuni li kienu fl-akkwati meta nnutawh wiċċu ‘l isfel fl-ilma.

Patri Victor Enriquez ingħata l-ewwel assistenza minn tim mediku tal-Isptar Mater Dei, iżda huwa tilef ħajtu u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Josette Demicoli fuq il-każ li ħatret diversi esperti
sabiex jassistuha.