Persuna rrappurtata nieqsa

Natalie Williams ta’ 46 sena ġiet irrappurtata nieqsa, wara li l-aħħar li dehret jumejn ilu ż-Żejtun.
Dakinhar, għall-ħabta tal-4pm, kienet liebsa qalziet u flokk iswed u ġakketta tal-jeans.
Il-Pulizija talbet biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddihielha, anki b’mod kunfidenzjali, billi jċempel il-Kwartieri Ġenerali fuq 21224001 jew jirrapporta fi kwalunkwe għassa.
Xerred ir-ritratt biex tgħin lill-Pulizja ssib lil din il-persuna.