Aġġornata: Persuna mitlufa minn sensiha f’Birkirkara; Il-Pulizija fuq il-post

Għalkemm ġew involuti pulizija, jidher li l-persuna li nstabet mitlufa minn sensiha fi Triq il-Wied Birkirkara kienet qed tbati minn xi kundizzjoni medika.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30 pm. Numru ta’ pulizija marru fuq il-post biex jinvestigaw x’ġara. Ambulanza ntbgħatet fuq il-post ukoll.

Aktar tard il-kelliem spjega li dan kien każ mediku, però qal li għal issa xorta jibqgħu jsegwu l-każ.