​Persuna minn kull tlieta tfittex informazzjoni onlajn dwar Għawdex

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej ħabbar li ġew allokati €270,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex issir Kampanja Promozzjonali dwar Għawdex permezz tal-mezzi diġitali. 
Ian Borg qal li l-għan ta’ din il-kampanja promozzjonali huwa li jpoġġi lil Għawdex f’livell aktar kompetittiv fis-settur tal-promozzjoni, partikolarment fejn jidħlu l-midja soċjali. 
Dan se jsir permezz ta’ proġett li se jwassal għal disinn ġdid għas-sit popolari VisitGozo bil-għan li tiżdied l-interattività mal-pubbliku.
Ġiet ikkwotata statistika li turi li wieħed minn kull tliet persuni li jżuru Għawdex, jiksbu l-informazzjoni dwar din il-gżira permezz tal-internet.
Ritratt: Visitgozo.com