Persuna mejta wara nirien f’kamp tar-refuġjati fuq il-gżira Lesbos

Migrants climb on burnt containers following a fire in Moria camp on the island of Lesbos, Greece, September 29, 2019. REUTERS/Alkis Konstantinidis

Nirien ħakmu kontejner f’kamp tar-refuġati fuq il-gżira Griega Lesbos. Kawża ta’ dan inqatlet persuna, skont is-servizzi ta’ emerġenza fil-pajjiż.

L-immigranti fil-kamp iġġieldu mal-pulizija hekk kif duħħan kbir beda ħiereġ mill-kamp Moria. Fil-kamp jgħixu mat-12,000 persuna f’kundizzjonijiet xejn sbieħ. Ħaddiema tat-tifi tan-nar ħadmu sabiex jintfew in-nirien.

Il-Pulizija qalu li ġisem maħruq ittieħed fl-isptar tal-gżira, li jinsab fil-kapitali Mytilini sabiex jiġi identifikat. Il-Pulizija bagħtet aktar uffiċjali sabiex jerġgħu jiksbu l-ordni fuq il-gżira flimkien mal-Kap tal-Pulizija tal-post.

Intant il-pulizija ma rnexxielhomx jilħqu b’mod immedjat kontejners f’żona partikolari fejn hemm rapporti mhux konfermati ta’ ġisem ieħor maħruq.

Fl-aħħar ġimgħat il-Greċja affaċċjat fewġa kbira ta’ immigranti mit-Turkija. Madwar miljun refuġjat ħarbu mill-gwerra fis-Sirja u immigrant qasmu mit-Turkija għall-Greċja fl-2015.

Aktar minn 9,000 persuna waslu f’Awwissu, l-akbar għadd ta’ persuni fl-aħħar tliet snin. Dan minn meta l-Unjoni Ewropa u Ankara implementaw ftehim biex tingħalaq ir-rotta tal-immigranti permezz tal-baħar Eġew. Intat f’Settembru waslu 8,000 persuna oħra.