Persuna mejta u ħafna midruba wara splużjoni f’ristorant fil-Ġappun

Kyodo/via REUTERS

Read in English.

Splużjoni f’ristorant hotpot fil-Ġappun qatlet persuna u weġġgħet iżjed minn tużżana oħra skond rapporti fil-media nhar il-Ħamis.

Ir-ristorant Onyasai f’Fukushima kien qed isirulu tiswijiet skond is-sidien tiegħu, il-grupp Colowide Co, li jopera katina ta’ ristoranti.

Il-kumpanija ħarġet stqarrija fejn talbet apoloġija lill-vittmi kollha u qalet li qed tikkollabora mill-qrib ma’ l-awtoritajiet sabiex tistabilixxi il-kawża ta’ dan l-inċident. 

Il-media urew filmati tar-ristorant kollu kemm hu mġarraf u saħansitra twieqi ta’ binjiet fil-qrib imkissrin kif ukoll metall u ħġieġ mifrux madwar il-blokk kollu.

Xi kummentarji fuq Twitter li nzertaw fiż-żona, qalu li semgħu splużjoni kbira u xammew riħa qawwija ta’ gass.