Aġġornata: 2 persuni mejta u 4 oħra mweġġgħa waqt sparatura fl-Iżvezja

Ritratt: Reuters

Read in English.

Wara t‑tmiem tal‑logħba futbol tal‑bieraħ bejn l‑Iżvezja u l‑Korea t’Isfel, raġel fetaħ in‑nar fuq ġemgħa li kienet qed tiċċelebra f’Malmo, l‑Iżvezja, u ħalla żewġ żgħażagħ ta’ 18 u 29 sena mejtin u 4 oħra midruba.

L‑isparatura ġrat ftit wara t-8pm viċin għassa tal‑pulizija, li tinsab fiċ‑ċentru tal‑belt. Ix‑xhieda qalu li raġel niżel minn karozza quddiem internet kafè u b’kollox semgħu madwar 20 tir. Ħuwa ħarab minn fuq il‑post minnufih, u l‑Pulizija qed tfittex karozza skura li seta’ ħarab biha.

Sa issa għadha mhix magħrufa r‑raġuni ta’ x’wasslet lill‑aggressur għal dan l‑att iżda l‑Pulizija Żvediża qalet li m’għandux x’jaqsam ma’ terroriżmu.