Persuna mejta u 10 feruti f’attakk fi skola fil-Finlandja

Vesterinen/Lehtikuva/via REUTERS

Read in English.

Persuna tilfet ħajjitha filwaqt li għaxra oħra sfaw feruti fil-Finlandja wara attack vjolenti f’kulleġġ vokazzjonali fil-belt ta’ Kuopio.

Persuna li rat l-attakk qalet lill-midja Finlandiża li student daħal fl-iskola armat b’sejf u beda jużaha fuq diversi persuni. Persuna oħra qalet li l-Pulizija armati pruvaw iwaqqfu lis-suspettat u nstemgħu żewġ tiri.

Il-Pulizija Finlandiża qalet li s-suspettat kien qed iżomm “arma li taqta’ bil-ponta” u anki arma tan-nar.

L-iskola tinsab fi stabbiliment tal-ħwienet fiċ-ċentru ta’ Kuopio.