Aġġornata (4) bil-filmat: Raġel gravi wara ħabta bejn 7 karozzi

Raġel ta' 41 sena residenti Wied il-Għajn ġarrab ġrieħi gravi wara ħabta bejn 7 karozzi dalgħodu fit-telgħa tal-Addolorata.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.10am, xħin xufier ta' vann pickup, li kien għaddej minn ħdejn l-Addolorata direzzjoni taż-Żejtun, tilef il-kontroll u laqat żewġ karozzi li kienu telgħin fl-istess direzzjoni.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-vann qabeż is-central strip u spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq, u hawnhekk laqat 4 karozzi oħra li kienu neżlin direzzjoni tal-Marsa.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lir-raġel minn ġo waħda mill-karozzi.
Huwa ttieħed l-isptar għall-ewwel kura.
Ritratti u Filmat: Ian Noel Pace