Ritratti: Persuna tinqabad f’vettura wara inċident fl-Imtarfa

Dalgħodu, għall-ħabta tat-8am seħħ inċident tat-traffiku fil-by-pass tal-Imtarfa fejn persuna nqabdet f'vettura.
Minkejja dan, Newsbook.com.mt jinsab infurmat li ħadd ma weġġa'.
Fuq il-post xorta waħda ssejħet ambulanza u anke l-Protezzjoni Ċivili li għenu biex il-persuna tinħareġ mill-karozza.
 Ritratti: Sue Garnett