Raġel gravi wara li ttajjar fix-Xewkija

Aġġornat 04:53 PM

Raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li ttajjar minn karozza fix-Xewkija.

Dan kien ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-inċident seħħ fi Triq l-Imġarr għall-ħabta tal-10.30am.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena minn Ħal Għaxaq. Fi stqarrija kien spjegat li r-raġel li ttajjar huwa Ungeriż ta’ 35 sena. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna qabel ma l-vittma ttieħed l-isptar.