Aġġornata: Raġel gravi wara ħabta b’mutur f’Birkirkara

Stock Image

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Birkirkara. Hu weġġa’ gravi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq il-Wied. Il-mutur kien qed jiġi misjuq minn raġel ta’ 33 minn Birkirkara. Intant, il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 71 sena minn Birkirkara li ma sofra l-ebda ġrieħi.