Raġel gravi wara li qabdet karozza f’Santa Luċija

Aġġornat 05:51 PM

Raġel indarab gravi wara li karozza ħadet in-nar f’Santa Luċija.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-2.15pm fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa. Jidher li l-karozza kienet wieqfa. Kemm il-pulizija kif ukoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post.

Ir-raġel li ndarab, u li x’aktarx kien fuq barra tal-karozza, għandu 37 sena u residenti Paola. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li sofra xi ħruq meta pprova jitfi l-karozza.