Jissielet għal ħajtu r-raġel li ntlaqat minn tal-linja fil-Fgura

Raġel ta' 30 sena minn Birżebbuġa jinsab f'qagħda kritika wara li nltaqat minn karozza tal-linja fil-Fgura.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tal-11:15am.
Qal li l-persuna ntlaqtet fi Triq San Tumas, kantuniera ma' Triq il-Liedna.
Tal-linja kienet misjuqa minn raġel Marokkin ta' 33 sena minn Marsaxlokk.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
Fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li x-xufier qed jiġi trattat għal xokk u li infetħet investigazzjoni interna.