Aġġornata (2): Żagħżugħa l-isptar wara inċident tat-traffiku f’San Ġwann

jaqa travu gravi

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mill-Fgura ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi f’San Ġwann.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-6 pm fi Vjal ir-Raħal. Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena mir-Rabat.

Skont il-Pulizija ċ-ċertifikat tal-ġrieħi taż-żagħżugħa huwa pendenti. Però, skont karti tal-isptar li ra Newsbook.com.mt, tabib ikkonferma li ż-żagħżugħa weġġgħet rasha.