Aġġornata: Żagħżugħa l-isptar wara inċident f’Sa Maison

Żagħżugħa ġarbet ġrieħi ħfief wara inċident fi Triq Marina f'Sa Maison.
L-inċident seħħ meta karozza misjuqa minn mara ta’ 64 sena residenti l-Pietà ħabtet ma’ karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena residenti ż-Żejtun.

Passiġġiera maż-żagħżugħ kien hemm tfajla ta’ 22 sena residenti l-Fgura li ttieħdet l-Isptar Mater Dei.

Kawża tal-inċident inġema’ ħafna traffiku u għalhekk hu tajjeb li wieħed jipprova jevita dawn in-naħat.
Ritratt: MDT