Read in English.
Għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu, raġel iddaħħal l-isptar wara ħabta bejn mutur u karozza fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.
Is-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 42 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ filwaqt li s-sewwieq tal-karozza, raġel ta’ 53 sena minn Ħal Tarxien, jidher li ma weġġax gravi.