Mara l-isptar wara ħabta fil-bypass ta’ Ħal Għaxaq

Mara ta’ 26 sena minn Ħal Għaxaq weġġgħet ħafif f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-bypass ta’ Ħal Għaxaq.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għad-9 am f’Dawret Ħal Għaxaq.

Il-karozza l-oħra kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Birżebbuġa.

Il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza.