Raġel ta’ 24 sena residenti fil-Qrendi weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far limiti ta’ Birżebbuġa.
Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċdent seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq Ħal Far, Ħal Far. Il-mutur u l-vann kienu sejrin fl-istess direzzjoni meta seħħ l-impatt.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Ir-raġel li kien qed isuq il-vann ma sofra l-ebda ġrieħi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.