Aġġornata: Anzjana l-isptar wara ħabta f’Burmarrad

Anzjana ta' 62 sena spiċċat l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
L-inċident seħħ fl-10.30am fi Triq Burmarrad direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar fejn seħħet ħabta bejn tliet karozzi misjuqa minn raġel ta' 32 sena u mara ta' 29 sena minn San Pawl il-Baħar u karozza oħra misjuqa minn anzjana resident Ħ'Attard.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-isptar għall-kura.
Sorsi fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li sakemm waslet l-ambulanza nies li kienu għaddejjin waqfu biex taw l-ewwel għajnuna.
Il-kundizzjoni tal-anzjana għadha mhix magħrufa.
Ritratt: Arkivji