Persuna l-isptar wara ħabta bil-mutur f’Ħal Luqa

CMRU

Inċident bejn mutur u karozza dalgħodu wassal lil sewwieq ta’ mutur l-isptar.

L-inċident ġara fit-8.30am fi Triq Ġużeppi Ellul f’Ħal Luqa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq ta’ 41 sena minn Ħal Luqa stess l-isptar, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. Is-sewwieq tal-karozza għandu 23 sena u hu minn Ħal Luqa wkoll.