Persuna l-isptar wara ġlieda bejn xi nies fil-Ħamrun

Ġlieda bejn numru ta’ persuni fil-Ħamrun wasslet persuna l-isptar.

Dan ikkonfermah ma’ Newsbook.com.mt kelliem għall-Pulizija, li qal li għalkemm jidher li din ma kinitx ġlieda kbira, persuna involuta ttieħdet l-isptar.

Il-ġlieda ġrat fi Triq Joseph Abela Scolaro fil-5.30pm bejn numru ta’ persuni.

Il-kundizzjoni tal-persuna mweġġgħa għadha mhix magħrufa.