Persuna l-isptar wara argument il-Ħamrun

Aġġornat 04:30 PM
📷: Miguela Xuereb

Persuna ttieħdet l-isptar b’ambulanza wara argument li ġara fil-Ħamrun.

Dan seħħ fi Triq Manwel Mirabelli għall-ħabta tas-1.10pm.

Kelliema għall-Pulizija ma kinitx infurmata b’kemm-il persuna kienet involuta u bid-dettalji tagħhom, iżda qalet lil Newsbook.com.mt li jidher li l-persuna feruta ma weġġgħetx gravi.

Aktar tard żvela li l-argument kien ikkawżat wara disgwid fuq parkeġġ tal-karozzi. Il-Pulizija kkonfermat li n-nies involuti huma ta’ nazzjonalità barranija.