Persuna gravi wara li waqgħet it-taraġ fin-Naxxar

Stock Image

Persuna anzjana weġġgħet gravi wara li waqgħet it-taraġ fin-Naxxar.

Il-Pulizija fi stqarrija spjegaw li l-inċident seħħ fis-6pm fi Triq il-Kantilena. Il-persuna li għandha 60 sena u residenti l-Iklin waqgħet waqt li kienet tiela’ t-taraġ.

Il-persuna anzjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.