Persuna għall-Qorti dwar l-inċident f’tiġrija taż-żwiemel f’Għawdex

Se titressaq persuna l-Qorti “fil-jiem li ġejjin” b’rabta mal-każ li seħħ f’Lulju tal-2018 fejn mara weġġgħet gravi meta ttajret minn żiemel fir-Rabat, Għawdex.

Din l-informazzjoni ġiet mingħand il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Anton Refalo. Farrugia qal li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ġew konklużi u huwa mistenni li persuna titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin b’akkużi relatati ma’ feriti fuq persuni.

X’kien ġara dakinhar tal-inċident?

Mara ta’ 72 sena weġġgħet gravi wara li ttajret minn żiemel fir-Rabat.

Il-vittma, residenti r-Rabat stess, intlaqtet hi u taqsam Triq ir-Repubblika għall-ħabta tat-8pm waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel tradizzjonali li jsiru billejl bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Ġorġ.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

F’seduta fil-Qorti ta’ Għawdex, fl-14 ta’ Ġunju 2018, il-Maġistrat Joseph Mifsud qal li l-Qorti qed tagħmilha ċara li ma taqbilx ma’ dawn it-tip ta’ tiġrijiet li jsiru fil-festi u li jsiru fit-toroq pubbliċi.

Il-Maġistrat qal dan f’sentenza li ta lil raġel ta’ 42 sena li kien akkużat li kkawża tbatija mhux neċessarja liż-żwiemel tiegħu meta pparteċipa fit-tiġrijiet tradizzjonali ta’ Santa Marija li jsiru tul Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex. Il-każ imur lura għal Awwissu 2016

Il-mistoqsija ta’ Refalo: