​Persuna fil-ġimgħa tinqabad bid-droga f’Għawdex

Fl-aħħar sentejn, il-Pulizija arrestat 126 persuna b’konnessjoni ma’ traffikar u pussess ta’ droga f'Għawdex, jew medja ta' ftit iktar minn persuna fil-ġimgħa
Dan qalu l-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista  Beppe Fenech Adami.
Matul l-2014 kienu arrestati 49 persuna fuq pussess u disa’ persuni fuq traffikar. Minn dawn, s’issa tressqu l-qorti 16-il ruħ fuq pussess u tnejn fuq traffikar.
Fl-2015 kienu arrestati 53 persuna fuq pussess u 15-il persuna fuq traffikar. Minn dawn tressqu l-qorti seba’ persuni fuq pussess u sitta fuq traffikar.