Persuna feruta waqt argument fil-Ħamrun

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt jirriżulta li seħħ argument fil-Ħamrun li fih persuna sfat feruta.
Il-Pulizija kkonfermat li l-argument seħħ fi triq id-Duka ta' Edinburgh, il-Ħamrun, meta allegatament persuna ttanta it-tfajla tal-persuna l-oħra.
Jirriżulta wkoll li persuna minnhom sfat feruta.
Nifhmu li aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.