Persuna feruta fi splużjoni fil-Marsa

Raġel ġarrab ġrieħi f'dahru fi splużjoni li seħħet fuq vapur f’tarzna privata fil-Marsa.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-isplużjoni seħħet f’pajp tal-arja li kien imwaħħal ma' tank.
Żewġ persuni kienu fuq il-vapur fil-ħin tal-inċident u raġel minnhom li kien qrib il-pajp intlaqat fl-isplużjoni.
Ambulanza waslet fuq il-post u ħadet lir-raġel l-isptar u għalkemm ġarrab ġrieħi jidher li mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Tliet fire engines marru fuq il-post, madankollu ma kienx hemm bżonn l-għajnuna tagħhom.
Triq is-Salib tal-Marsa għamlet xi ħin magħluqa għat-traffiku.

Ritratti: Jesmar Baldacchino