Read in English.
Mara mietet mewta naturali waqt li kienet qed tgħum fil-bajja ta’ Xwejni f’Marsalforn.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt. Fil-11.20am illum, il-Pulizija, ambulanza u l-Protezzjoni Ċivili ssejħu lejn Marsalforn wara rapport li kien hemm persuna fil-periklu li tgħereq fil-bajja.
Il-mara ttellgħet mill-baħar u ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post. Madanakollu nstab li mietet b’mod naturali.
Minħabba li din kienet mewta naturali, il-Pulizija ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonferma d-dettalji tal-persuna.