Filmat: Persuna evakwata lejn Malta bil-ħelikopter

Raġel abbord il-bastiment Nostra Madre di Loreto kellu jiġi evakwat lejn Malta minħabba li ntilef minn sensih wara li ilu aktar minn ġimgħa maqbud fuq il-bastiment flimkien ma’ 11-il persuna oħra. Il-Gvernijiet ta’ Malta u l-Italja qed jiċħdu lil dawn l-immigranti minħbba li l-grupp ta’ 12-il persuna ġew salvati fl-ibħra Libjani.

Ir-raġel jidher li kien qed ibati minn dehydration filwaqt li sħabu abbord l-istess bastiment dehru għajjiena. Proactiva Open Arms li kienet viċin l-immigranti qalet li tnejn mill-persuni abbord huma tfal u kellhom sinjali ta’ tortura li għaddew minnha fil-kampjiet ta’ detenzjoni fil-Libja. Is-sajjieda abbord il-bastiment qed jirrifjutaw li jieħdu lill-persuna abbord lura lejn il-Libja.

L-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda appellat biex tinstab soluzzjoni urġenti għal dawn l-immigranti. L-immigranti huma mill-Eġittu, Niger, Senegal, Somalja u mis-Sudan.

Filmat: Oscar Camps (il-Fundatur ta’ Proactiva Open Arms)