Persuna arrestata fl-ajruport wara sejba ta’ €35,000 mhux dikjarati

Persuna ġiet arrestata fl-ajruport ta’ Malta wara sejba ta’ flus f’diversi muniti differenti b’valur ta’ €35,000.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana qal li s-sejba saret waqt spezzjoni ta’ rutina fuq titjira ta’ riskju għoli. Uffiċċjali tad-Dwana waqfu persuna mill-Georgia li kienet sejra lejn Istanbul.Wara tfittxija instabu l-flus mhux dikjarati.

L-awtoritajiet sekwestraw €25,000 sakemm issir l-investigazzjoni. Il-persuna ġiet arrestata mill-Pulizija tat-taqsima ta’ kontra l-ħasil tal-flus.