Personalitajiet Taljani jingħaqdu f’vuċi waħda

Ritratt: Facebook/Verissimo

Verissimo jżomm l-appuntament tiegħu llum wara nofsinhar fuq l-istazzjon Canale 5 fejn matulu se jkunu qed jitwasslu wħud mill-aktar stejjer li spikkaw tul dan l-istaġun. Iżda mhux biss. Dan għaliex waqt l-edizzjoni tal-lum it-telespettaturi se jkunu jistgħu jaraw xi ħaġa ġdida fjamanta.

Dan għaliex waqt Verissimo ta’ Silvia Toffannin, illum se jitniedi l-vidjow tal-kanzunetta Imagine ta’ John Lennon, li għaliha taw is-sehem tagħhom bosta personalitajiet Taljani. Il-personalitajiet ġejjin kollha minn oqsma differenti u dan biex jippruvaw inisslu sens ta’ għaqda u tama proprju fi żmien meta l-Italja tinsab għaddejja minn dan it-taqlib, ferm aktar mill-pajjiżi l-oħra madwar id-dinja.

Afef, Alberto Urso, Alena Seredova, Alessandra Amoroso, Diana Del Bufalo, Edoardo Stoppa & Juliana Moreira, Elisabetta Canalis, Elodie, Fabio Fognini, Filippo Magnini & Giorgia Palmas, Francesca Schiavone & Cilene, Francesco Arca, Francesco Renga, Gerry Scotti, Gigi D’Alessio, Giordana Angi, Giusy Ferreri, Il Volo (Piero Barone, Ignazio Boschetto, Gianluca Ginoble), Kevin Prince Boateng & Melissa Satta, Laura Chiatti, Michelle Hunziker, Nek, Paolo Ruffini, Raoul Bova & Rocio Munoz Morales, Serena Autieri, Serena Rossi u Sergio Sylvestre huma l-personalitajiet li se jkunu qed jieħdu sehem.

Verissimo se jkun qed jixxandar mill-3.40pm ‘il quddiem u l-filmat se jkun qed jintwera f’xi ħin matul it-trasmissjoni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn