Personalitajiet, MPs u atturi jqattgħu lejl fuq terazzin

Bosta personalitajiet, membri parlamentari u atturi, se jqattgħu lejl flimkien fuq terazzin, bħala ġest simbolu biex jikber l-għarfien dwar dak li jgħaddu minnu dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom.
Fi tmiem din il-ġimgħa qed tittella’ maratona ta’ 50 siegħa ta’ mużika kontinwa f’Talbot & Bons f’Ħal Luqa b’risq il-YMCA Homeless u l-Hospice Movement.
L-istabbiliment għandu l-għan li jiġbor is-somma ta’ €10,000 fi tlett ijiem.
Fil-maratona qed jagħtu s-sehem tagħhom bosta kantanti kif ukoll gruppi li se jdoqqu fuq stil differenti fosthom jazz, mużika folkloristika u akustika, mużika fuq stil rock u anke pop.
Se jittellgħu ukoll attivitajiet għat-tfal bħal face painting u animazzjoni flimkien ma’ mużika adattata għaż-żgħar.
Il-personalitajiet televiżivi, membri parlamentari u atturi se jqattgħu l-lejl fuq it-terazzin faċċatta tal-istabbiliment.
Aktar informazzjoni dwar il-maratona hawn.
Ritratt: DOI