Perrier tniedi l-aħħar innovazzjoni, Perrier & Juice

Read in English.

Il-marka ikonika Franċiża tal-ilma bil-gass Perrier, dan l-aħħar nediet l-innovazzjoni l-ġdida tagħha, Perrier & Juice, esperjenza sodisfaċenti li taqtagħlek l-għatx u li tinżillek għasel bl-aroma tal-frott tagħha.

Ix-xarba l-ġdida Perrier & Juice hi magħmula mill-ilma minerali bil-gass Perrier, imħallat mal-meraq naturali tal-frott u bi ftit li xejn zokkor. Għalhekk, hija baxxa fil-kaloriji u rikka fit-togħma.

Perrier & Juice issa ssibha f’Malta f’pakkett ta’ 4 bottijiet ta’ 25ċl fi tliet togħmiet oriġinali ta’ frott imħallat: Frawli u Kiwi, Ħawħ u Ċirasa, u Pineapple u Mango.

Kull bott Perrier & Juice fih biss 46Kcal u għandu 50% inqas zokkor minn xarbiet oħra bit-togħma.

Karen Scicluna Calleja, il-Manager tal-Marka Perrier f’Malta, qalet li: “Il-Perrier & Juice hija għażla perfetta biex taqta’ ftit mill-ilma għax tinkorpora t-togħma rifreskanti tal-Perrier mal-meraq naturali tal-frott. Peress li fiha ammont limitat u raġonevoli ta’ zokkor, tista’ wkoll tgawdiha bla ma jiddispjaċik wara.”

Il-marka Perrier għamlet aktar minn tliet snin Riċerka u Żvilupp biex waslet għal din ir-riċetta unika, u investiet iżjed minn €17-il miljun biex toħloq linja tal-produzzjoni ġdida maħsuba apposta għal dan il-għan.

L-ilma minerali bil-gass Perrier ilu jiġi bbottiljat mill-istess sors, min-nixxigħat tal-ilma naturali f’Vergèze f’Le Gard (Franza), għal 155 sena.

L-ilma Perrier hu importat, irreklamat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited u jista’ jinxtara wkoll mis-sit ta’ Farsons .

Dan it-tagħrif twassal minn Simonds Farsons Cisk plc.