Filmat: “Permezz tal-UE se nara li Għawdex jingħata li jistħoqqlu” – Cutajar

Fl-ewwel diskors tagħha wara li ġiet eletta bħala Membru Parlamentari Ewropew (MEP), Josianne Cutajar wiegħdet li bħala Għawdxija se tara li permezz tal-ħidma tagħha, l-Unjoni Ewropea tagħti l-attenzjoni speċjali li jeħtieġ u jixraqlu post ċkejken bħal Għawdex.

Bħala l-iżgħar MEP eletta u l-ewwel waħda minn Għawdex, fi stqarrija ġie spjegat li Cutajar qalet kliem ta’ apprezzament lejn dawk li wrew fiduċja fiha u insistiet li se tibqa’ viċin in-nies.

Ġie spjegat li tefgħet dawl fuq l-isfidi ewlenin li għandha quddiemha fis-snin li ġejjin. Hi semmiet il-politika tal-mibgħeda u estremiżmu li qalet li nfirxet fl-Ewropa u anke fil-Gżejjer Maltin, ix-xogħol u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, il-klima, is-sigurtà, id-delizzji u d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità.