Permezz ta’ Facebook, issib ir-raġel li kien stupraha 30 sena qabel

Bħal biljun ruħ fid-dinja li tuża Facebook, Melinda Thomas ukoll għamlet profil dwarha. Iżda l-iskop wara l-profil ma kienx li toqod ittella’ ritratti jew turi lin-nies x’beħsiebha tagħmel illum, imma biex tipprova ssib ir-raġel li kien stupraha meta hi kellha biss 13-il sena.

Fl-istatus tagħha hija kitbet hekk; “Qed insejjaħ lil dawk in-nisa li għexu fis-snin 80 u li sal-lum il-ġurnata setgħu esperjenzaw xi vjolenza sesswali minn raġel ta’ ġilda skura, fiż-żona ta’ Swindon.”

Ftit jiem qabel ma ppostjat l-istatus tagħha fuq Facebook, Melinda kienet marret għand il-pulizija. Iżda dawn qalulha li ma setgħu jarrestaw lil ħadd minħabba nuqqas ta’ provi.

Kien għalhekk li wara kważi 30 sena, Melina għamlet l-istorja tagħha pubblika u mill-ewwel, l-isforz tagħha beda jġib ir-riżultati.

Ftit siegħat wara li tefgħet l-istatus, żewġ persuni kkuntattjaw lill-Melinda u saħqu li huma ukoll kienu vittmi ta’ stupru. Malli tawha d-dettalji, skoprew li t-tlieta li huma kienu qed jitkellmu fuq l-istess persuna.

L-informazzjoni ngħatat kollha lill-pulizija u din mill-ewwel bdiet it-tfittxija għal Orvielle Vaughn ta’ 53. S’issa, fuq l-istess status ta’ Facebook, għadhom jikkumentaw nies li kienu stuprati mill-istess akkużat.