Permess biex għorfa fil-Qala tinbidel f’villa

Read in English.

L-Awtoritá tal-Ippjanar approvat permess biex għorfa f’għalqa tinbidel f’villa bil-pixxina f’żona barra l-iżvilupp fl-inħawi magħrufa bħala tal-Muxi fil-Qala.

Id-deċiżjoni ġabet l-għaddab tas-sindku Paul Buttġieġ li qal li l-kommunità tal-Qala tinsab maħsuda bil-permess massiċ f’art mhux mittiefsa.

Saħansitra din id-deċiżjoni wasslet lill-Awtorità Maltija għall-Ambjent u r-Riżorsi biex joħroġ stqarrija li fiha tgħid li kull żvilupp propost jew intervent fiżiku fuq dan is-sit huma inaċċettabbli fil-prinċipju minħabba li s-sit rurali sensittiv ħafna. L-ERA qalet li l-istruttura eżistenti saret parti mill-ambjent rurali minħabba l-karatteristiċi tagħha.

Hi qalet li għalhekk ic-chairman tal-ERA ivvota kontra dan l-iżvilupp.

THIS PERMIT SHOULD NEER HAVE BEEN GRANTED.All reports recomended refusal. As a mayor I represented Qala's interests in…

Posted by Paul Buttigieg on Thursday, October 31, 2019

Il-permess inħareġ skont il-policy tal-iżvilupp rurali li tgħid jista’ jsir żvilupp sakemm l-applikant jagħti prova li l-binja xi darba kienet tintuża bħala residenza. F’dan il-każ, l-applikant ippreżenta ċertifikat tal-mewt ta’ Grazia Mifsud li fl-1921 instabet mejta fl-inħawi.